Statut

1.            ISEM

Il-Union ghandha tissejjah “Enemalta Professional Officers Union”.

 

2.            DEFINIZZJONI TA’ L-ISEM

“Ufficjali Professjonali” tfisser dawk l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li,

2.1              Kienu fil-Grad ta’ Ufficjal Professjonali fl- 1 ta’ Jannar 1990, jew

2.2              Ghandhom warrant ta’ ingineer, skond l-Att Nu VII tal- 1998, jew

2.3              Jipposjedu degree fl-Inginerija mill-Universita ta’ Malta, jew kwalifiki ezistenti li ghandom ikunu accettabli lill-Engineering Board biex jaghti l-Warrant, jew

2.4              Huma mpjegati fil-professjoni li m’hiex inginerija, u ghandhom kwalifiki fil-professjoni taghhom, ekwivalenti ta’ dawk f’ 2.2 u 2.3.

Ufficjali fil-grad ta’ Assistant Manager, Manager, u c-Chief Executive Officer ma jistghux ikunu membri tal-EPOU.  Din l-eskluzzjoni ta’ shubija ma tghoddx ghall-ispecialist engineers skala 4 li huma marbuta mal-ftehim kollettiv ta’ l-EPOU fil-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom.

  1. 3.      INDIRIZZ  POSTALI

Ghall-iskop tal-Ligi l-indirizz postali tas-Segretarju ghandu jitqies bhala l-indirizz ta’       l-Ufficcju Principali tal-Ghaqda.

Ghal skop ta’ korrespondenza, jistgha jinkera P.O. Box f’xi lokalita li jiddeciedi l-Kumitat Ezekutiv.

  1. 4.            GHAN

4.1.            L-ghan ewlieni tal-Union huwa li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-haddiema membri u l-principali jew l-assocjazzjonijiet ta’ principali.

4.2.            L-Union hi msiehba fil-‘Forum Unions Maltin’.

  1. 5.            SHUBIJA

5.1.            Kull persuna impjegata mal-Korpporazzjoni Enemalta, u li l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghha huma regolati bil-kuntratt tax-xoghol ta’ l-Ufficjali Professjonali, skond id-diskrizzjoi li tidher f’artiklu 2 ta’ l-Istatut, tista titlob biex tissieheb mal-Ghaqda.

5.2.            Applikazzjoni ghandha ssir fuq il-formola preskritta, u tintbaghad lis-Segretarju.

5.3.            Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jedd jirrifjuta minghajr spjegazzjoni kull talba ghas-shubija.

5.4.            Jekk membru jrid jirrizenja mill-Ghaqda ghandu jaghmel dan bil-miktub. Hu ghandu jaghti xahar ‘notice’ u t-talba tieghu ghanda tinkludi xi mizata li tkun ghada ma thallsitx.

5.5.            Jekk membru li jkun irrizenja minn jeddu jkun irid jerga’ jissieheb, dan ghandu jitlob      il-Kumitat Ezekuttiv, u jekk jigi accettat ghandu jhallas is-somma ta’ ghaxar liri Maltin. Izda biex jigi approvata jehtieg risoluzzjoni jew tal-Kumitat jew ta’ Laqgha Generali.

  1. 6.            OGGETTIVI

6.1.            Biex tigi pprovduta organizzazzjoni ghall-ufficjali professjonali kollha tal- Korpporazzjoni Enemlata li jissioodisfaw il-kwalifiki u htigijiet tals-shubija, kif stipluati f’dan l-Istatut,

6.2.            Biex tigi mmeljorata l-istatus, u jiggu ssalvagwardjati l-interessi tal-membri, u biex jinnegozjaw f’isimhom, talbiet individwali u ftehimimiet kolletiv, li jirrigwardjaw hlasijiet u kondizzjonijiet ohra tax-xoghol,

6.3.            Biex tithaddan kooperazzjoni bejn il-membri u l-Korpprazzjoni Enemlata, fl-interss komuni,

6.4.            Biex jigu assistiti l-membri fl-emiljorazzjoni tal-istatus professjonali u sedukazzjoni professjonali,

6.5.            Biex tippromwovi kopperazzjoni ma’ korpi simili, fl-interess komuni tal-membri.

7.            DRITTIJIET

7.1.            Kull membru ghandu dritt ghal rapprezentanza f’dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ l-interessi tieghu.

7.2.            Kull membru li jkun ilu msieheb ghaxar snin konsekuttivi jew aktar, meta jirtira jew jirrizenja mill-impjieg ghandu jinghata rigal li jinxtara mill-fondi ta’ l-Ghaqda u li l-prezz tieghu ma jkunx izjed minn 40 lira Maltin (93.17 Ewro).

7.3.            Kull membru li jkun ilu anqas minn ghaxar snin meta jirtira jew jirrizenja mill-impjieg ghandu jinghata rigal li jinxtara mill-fondi ta’ l-Ghaqda, u li l-prezz tieghu ma jkunx aktar minn 25 lira Maltin (58.23 Ewro).

7.4.            Jekk membru li jkun ilu imsieheb ghaxar snin konsekuttivi jew aktar jigi nieqes, il-werriet dikjarat minnu ghandu dritt ghal somma flus ekwivalenti ghal hames snin mizata.

7.5.            Jekk membru jkun ilu msieheb anqas minn ghaxar snin, jigi nieqes, il-werriet iddikjarat minnu ghandu dritt ghal somma ta’ flus ekwivalenti ghal sentejn mizata.

8.      AMMINISTRAZZJONI

8.1              Ix-xoghol amministrattiv kollu ta’ l-Ghaqda huwa fdat f’idejn il-Kumitat Ezekuttiv.

8.2              L-ufficjali ta’ l-Ghaqda ghandhom  id-dmir u s-setgha  li jirrapprezentaw il-Union quddiem il-Qorti, u/jew Tribunali Industrijali.

  1. 9.            KOMPOSIZZJONI TAL-KUMITAT EZEKUTTIV

9.1              Il-Kumitat Ezekuttiv huwa magħmul minn tliet uffiċjali bil-funzjoni ta’ President, Segretarju, u Kaxxier u erba’ membri oħra eletti waqt il-laqgħa ġenerali annwali.   Il-Kumitat Eżekuttiv, fl-ewwel laqgħa jaħtar Viċi-President u Assistent Segretarju minn fost il-ħames membri.

Fl-ewwel laqgħa, l-Kumitat Eżekuttiv għandu jiddeċiedi min ser ikunu l-‘liaison officers’ għas-sezzjonijiet tad-Distribuzzjoni, Development, Generation MPS, Generation DPS, u Amministrazzjoni/ICT/Accounts/Day duty.  Il-Kumitat għandu jinforma lill-membri bil-karigi permezz ta’ ċirkolari.

Il-membri, f’każ ta’ ilment jew bżonn ta’ parir mingħand il-unjin għandhom dejjem jibdew billi jikkomunikaw it-talba tagħhom mal-‘liaison officer’ tas-sezzjoni tiegħu, u wara lid an jifhem in-natura tat-talba, din għandha timxi għand il-Kumitat Eżekuttiv mal-ewwel darba li l-kumitat ikun ser jiltaqa’ jew permezz ta’ l-email.

9.2              Kull ufficjal u/jew membru jistgha jitnehha mill-kariga b’maggoranza ta’ zewg terzi tal-membri prezenti f’Laqgha Generali Straordinarja, msejjha biex tikkonsidra mozzjoni ghal dak l-iskop.

9.3              Vakanzi fil-Kumitat li jirrizultaw tul is-sena jintlew b’co-option mill-Kumitat. Membri co-opted iservu sal- Laqgha Generali Annwali li jmiss.

9.4              Persuna li tkun qieghda f’xi kumitat ta’ Partit Politiku ma tithalliex tikkuntesta ghal xi kariga fil-Kumitat Ezekuttiv.

9.5              Ufficjal tal-kumitat ezekkutiv li japplika ghal post ta’ manigment liema post ma jidholx fil-ftehim kollettiv ghandu jinforma il kumitat ezekutiv b’mod ufficjali mhux aktar tard mid-data ta’ l-gheluq tal-‘post’.

Il-kumitat Ezekuttiv ghandu id-dritt jwaqqaf l-attivita ta’l-idividwu mill kumitat sa ma jsir l-appointment tal-post ikkoncernat.


10.    AMMINISTRAZZJONI TAL-KUMITAT EZEKUTTIV

10.1          Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiltaqa’ mill-anqas darba kull xahar.  Il-Kworum tal-Kumitat ikun ta’ erbgha, li wiehed minnhom jehtieg ikun Ufficjal.   Jekk ma jkunx hemm Kworum il-Kumitat Ezekuttiv ma jistax jiehu decizjonijiet.

10.2          Il-Kumitat Ezekuttiv jista jahtar sotto-kumitati biex jghinuh fix-xoghol amministrattiv.  Kull sotto-kumitat ghandu jkollu bhala Chairman membri tal-Kumitat Ezekuttiv.

10.3          Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu d-dritt jahtar persuni kompetenti skond il-htiega biex jghinuh fix-xoghol tieghu anke jekk dawn ma jkunux membri tal’ l-Ghaqda.

10.4          Il-votazzjoni fil-Kumitat Ezekuttiv issir kif jordna ic-Chairman.   Kull ufficjal jew membru ghandu dritt ghal vot sigriet.

10.5          Jekk ufficjal jew membru tal-Kumitat Ezekuttiv ma jattendix is-seduti ghal tliet darbiet wara xulxin minghajr raguni tajba, is-Segretarju ghandu jgharraf lill-membru li l-post tieghu gie vakat.

10.6          Jekk ufficjal jew membru tal-Kumitat Ezekuttiv irid jirrizenja ghandu javza bil-miktub lis-Segretarju.   Dan jitqies li ma ghadux aktar fil-Kumitat minn dik id-data meta tintlaqa’ ir-rizenja tieghu.

10.7          Fil-kaz li xi post fil-Kumitat Ezekuttiv jigi vakat, dan il-post jintela minn dak li jkun gieb l-aktar numru ta’ voti fost ir-“runners-up”.   Dan ma jghoddx ghall-funzjonijiet ta’ l-ufficjali.

10.8          Jekk xi kariga ta’ ufficjal fil-Kumitat Ezekuttiv tigi vakata dan il-post jimtela mill-assistant rispettiv – jew jekk ma jkunx hemm assistant minn wiehed mill-membri l-ohra, sakemm titlaqqa’ seduta generali biex tahtar ufficjal skond il-htiega.

10.9          Id-dokumenti ufficjali ta’ l-EPOU mibghuta lill-manigment ta’ l-Enemalta jew terzi persuni ghandu jsir normalment bil-firma tas-Segretarju jew tal-President tal- kumitat ta’ l-EPOU. Il-korrispondenza ghandha normalment tigi ifforwardjata lill-membri tal-kumitat u approvata mill-maggoranza ta’ dan l-istess kumitat.

F’kull kaz, kopja tal-korrispondenza kollha li tintbaghat u tircievi l-EPOU ghandha tigi iccirkulata lill-membri tal-kumitat mill-aktar fis possibli.

11.    MIZATA

11.1          Il-hlas biex tirregistra huwa ta’ Lm 2.10 (7 Ewro)   Il-mizata tkun Lm 1.07 (2.5 Ewro) kull perjodu ta’ 4 gimghat jew kemm jistabbilixxi l-Kumitat Ezekuttiv minn zmien ghal iehor skond il-htiega, basta mhux aktar minn Lm 1.29 (3 Ewro).   Jekk il-Kumitat Ezekuttiv ihoss il-htiega li jgholli l-mizata ghal aktar minn Lm 1.07 (2.5 Ewro) kull perjodu ghandu javza bil-miktub lill-membri.

11.2          Il-mizata tista ssir aktar minn Lm1.29 (3 Ewro) kull perjodu ta’ 4 gimghat b’rizoluzzjoni ta’ laqgha generali.

11.3          Membru li jonqos li jhallas il-mizata ghal tliet xhur wara xulxin ghandu jigi mgharraf b’dan mill-Kaxxier, u jekk jonqos li jhallas fi zmien ghaxar tijiem tax-xoghol mid-datat ta’ l-ittra ghandu jitkecca.

11.4          Hlas ta’ mizata isir biss bhala check-off mis-salarju.

12.    AMMINISTRAZZJONI TAL-FONDI

12.1          Il-Kaxxiar huwa obligat li zomm bir-reqqa kollha kotba li juru d-dhul u l-hrug tal-flus.

12.2          Il-kotba ta’ l-Ghaqda u r-rapport finanzjarju jridu jigu verificati w iffirmati minn Auditur mgharuf skond il-Ligi.

12.3          Il-flus ta’ l-Ghaqda ghandhom jitqieghdu f’bank.   Il-hrug isir bil-firma tal-Kaxxier u tal-President jew tas-Segretarju.

12.4          Il-Kaxxier jista’ jzomm ghandu s-somma ta’ mhux  aktar minn hamsin lira Maltin (116.47 Ewro) ghall-ispejjez amministrattivi.

12.5          Il-fondi ta’ l-Ghaqda ghandhom jintefqu biss sabiex jintlahaq l-ghan ta’ l-Ghaqda.

12.6          Is-seduta generali biss ghandha l-jedd li tapprova l-infiq tal-flus mhux ghall-ghan ta’ l-Ghaqda.

12.7          Ghall-ghanijiet finanzjarji, is-sena taghlaq fl-ahhar ta’ Dicembru.

12.8          Kull persuna li jkollha nteress fil-fondi ta’ l-Ghaqda skond il-provizzjoni ta’ l-artiklu 4 sub-artiklu (g) ta’ l-ATT XXX tan-1976, ghandha fuq talba bil-miktub lis Segretarju tithalla tispezzjona l-kotba tal-fondi u tas-shubija.

12.9          Il-Kaxxier flimkien ma’ Ufficjal iehor tal-Kumitat Ezekuttiv jista’ jislef u jissellef flus mill-bank biex jintlahaq l-ghan ta’ l-Ghaqda.

12.10      Talba ghall-ghajnuna legali.

(Maskil jindika wkoll feminil)

F’kaz biss li membru jressaq talba quddiem il-Kumitat qabel ma jkun ha l-parir legali dwar materji relatati max-xoghol, il-membru jkollu dritt ghall-kumpens tal-ispejjez involuti b’dawn il-kundizzjonijiet,

F’kaz li jinghata parir mill-Kumitat, biex ifittex parir jew ikun assistit minn avukat jew konsulent, ghax ikun ser jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina bhala akkuzat jew bhala prosekutur, hu jinghata kumpens ta’ 66% tal-ispejjez, sa massimu ta’ Lm 30 (69.88 Ewro) kull kaz, jew Lm 50 (116.47 Ewro) f’sena.

F’kaz li membru jitlob li jfittex parir legali hu jkollu dritt sa  massimu ta’ 50%, jew Lm 10 (23.29 Ewro). Ma jistghax jerga japplika lill-Kumitat ghall-estenzjoni.

F’kaz li membru jitlob ghajnuna , jew legali, jew permezz ta’ rapprezentanza ta’ avukat jew konsulent, biex jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina bhala akkuzat, hu jkollu dritt  sa’ 50% tal-ispejjez , sa  massimu ta’ Lm 20 (46.59 Ewro) kull kaz. Hu jithallas l-ispejjez biss f’kas li jinghata ragun mill-Bord.

F’kaz li membru jitlob ghajnuna , jew legali, jew permezz ta’ rappresentanza ta’ avukat jew konsulent, biex jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina bhala prosekutur, hu jkollu dritt  sa’ 50% tal-ispejjez , sa  massimu ta’ Lm 15 (34.94 Ewro). Hu jithallas l-ispejjez biss f’kas li jinghata ragun mill-Bord.

  1. 13.        MOZZJONIJIET

13.1          Is-Segretarju ghandu johrog avviz biex jircievi mozzjonijiet u jiffissa d-data ta’  l-eghluq, ghal mhux inqas minn tmien granet tax-xoghol.

13.2          Kull mozzjoni u/jew amenda ghanda tkun iffirmata mill-movent u sekondant.

13.3          Il-mozzjonijiet ghandhom jigu cirkulati lill-membri ghoxrin gurnata tax-xoghol qabel  il-laqgha generali.   Jinghataw tmien granet tax-xoghol zmien, ghall-emendi.

Is-Segretarju ghandu jibghat cirkulari lill-membri kollha mhallsa tmien  granet tax-xoghol qabel il-laqgha generali bl-agenda.   Il-mozzjonijiet u l-emendi ghandhom jitpoggew skond kif jiddeciedi l-Kumitat Ezekuttiv.

  1. 14.        LAQGHAT GENERALI ANNWALI

14.1          Il-Laqghat generali annwali ghandhom isiru matul ix-xahar ta’ Settembru.

14.2          Is-Segretarju ghandu jaghmel rapport amministrattiv tas-sena kurrenti.   Dan ghandu jigi cirkulat ma’ l- agenda tal-laqgha u mressaq  ghall-konferma waqt il-laqgha.

14.3          Il-Kaxxier ghandu jaghmel rapport finanzjarju ghas-sena kurrenti.   Dan ghandu jigi spejgat b’mod viziv lill-membri kollha waqt il-Laqgha Generali Annwali u mressqa ghall-konferma waqt il-laqgha. Membru li jixtieq kopja ta dan ir-Rapport ghandu dritt ghal dan.

14.4          It-tmexxija tal-laqghat generali ghanda tkun regolata bil-procedura li tidher bhala appendici ‘A’  ta’  dan l-Istatut.

14.5          Ftehim Kolletiv ghandu jkun approvat b’maggoranza ta’ zewg terzi tal-membri prezenti, fil-Laqgha Generali Annwali jew Laqgha Generali Starordinarja. Il-membri ta’ l-EPOU li dak il-hin tal-laqgha generali annwali jinqabdu xoghol jistghu jivvutaw ghall-membri tal-kumitat BISS bit-telefown. Dawn ghandhom jaghmlu hekk:

Javzaw lis-Segretarju uxxenti (sa erbgha (4) sieghat qabel tibda’ l-laqgha) li dak il-hin ha jkunu xoghol. Dawn ghandhom jaghtu d-dettalji ta’ liema sezzjoni jahdmu fiha u fuq liema numru tat-telefown jistghu jigu ikkuntatjati waqt il-hin tal-votazzjoni ghall-kumitat ezekuttiv.

Waqt l-votazzjoni ghall-kumitat ezekuttiv fil-Laqgha Generali Annwali, ufficjal mill-kumitat ghall-elezzjoni ghandu jcempel lill-membru biex jiehu l-preferenzi tal-vot tieghu. Wara li jimtela’ il-vot kollu, ufficjal iehor tal-kumitat ta’ l-elezzjoni ghandu jaqra’ l-vot lill-membru biex dan ta’ l-ahhar ikollu konferma li l-vot tieghu tnizzel sewwa.


15.    LAQGHAT GENERALI STRAORDINARJI

15.1          Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu dritt li jghajjat laqghat generali straodinarji meta jhoss il-htiega.   Dawn  jistghu jigu mghajta b’avviz bit-telefon fi zmien  erbgha u ghoxrin siegha jew, jekk hemm zmien,  b’cirkulari.

15.2          Il-membri ghandhom id-dritt li jitolbu laqgha generali straordinarja.   Talba ta’ din ix-xorta trid tkun bil-miktub u ffirmata minn 25%  jew 25 mill-membri mhallsa,  liema hu l-inqas.   Il-Kumitat Ezekuttiv huwa fid-dmir li jghajjat din il-laqgha b’avviz cirkulat fi zmien erba’  t’jiem.

15.3          Jekk ikun hemm htiega li tinzamm laqgha generali straordinarja biex jintlahaq l-iskop tas-sub-artikli 10.7  u  10.8  din  ghandha tinzamm fi zmien tlettax  il-gimgha.

15.4          It-tmexxija tal-laqghat generali straordinarji ghandha tkun regolata bil-procedura li tidher bhala appendici “A”  ta’  dan l-Istatut.

16.    KWORUM TAL-LAQGHAT GENERALI

16.1          Il-kworum  tal-laqghat  generali  annwali  u  straodinarji  msejjah  mill-Kumitat Ezekuttiv  ikun ta’ 25%  jew  25 mill-membri mhallsa,  liema jkun l-inqas.  Jekk dan in-numru ma jintlahaqx fil-hin avzat,  is-seduta tigi postposta ghal hmistax il-minuta.   Jekk il-kworum jibqa’   ma jintlahaqx din tibda bil-membri prezenti.

16.2          Il-kworum tal-laqghat generali straordinarji mitluba mill-membri jkun 50%  u wiehed mill-membri mhallsa.   Jekk ma jkunx hemm kworum kwarta wara l-hin avzat il-laqgha ma ssirx.

16.3          L-Ufficjali u l-membri tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom jinghaddu biex jitqies il-Kworum

17.    DISPUTES

Il-Union tinkoragixxi li jsir qbil dwar disputes interni u esterni permezz ta’ arbitragg, u ghal dan il-ghan, il-Kumitat jisgha hu stess, jew jinnoimina, arbitri, fuq terminin li jidhirlu li jkunu xierqa.

18.    REGOLAMENTI

Il-Kumitat jisgha jaghmel regolamenti li jirrigwardjaw,

  1. il-kundizzjonijiet ghal-shubija fil-Union,
  2. amminsitrazzjoni tal-beneficcji tal-Union,
  3. immanigjar u amministrazzjoni tal-materji tal-Union.

Dawn ir-regolamenti jkunu adizzjonali u mhux kontra r-regolamneti tal-Union. Ebda regolamnet ma jkun effettiv sakemm ma jkunx approvat b’vot ta’ maggortanza semplici, minn Laqgha Generali.

19.    DIXXIPLINA

19.1          Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu dritt li jissospendi ghal perjodu ta’ zmien,  jew ikecci  lill-membru li l-imgieba tieghu tkun kontra l-gid u l-interessi ta’ l-Ghaqda,  wara li dan ikun deher quddiem il-Kumitat Ezekuttiv.  Meta jidher quddiem il-kumitat, il-membru jistgha jkun meghjun minn’advisor’; izda f’dak ilp-kaz ghandu javza b’dan lill-Kumitat bil-quddiem. Jekk il-membru li jkun avzat biex jidher quddiem il-Kumitat ma jattendix minghajr  raguni tajba,  il-Kumitat jiddeciedi fl-assenza tieghu.

19.2          Decizjoni ta’ dixxiplina mehuda mill-Kumitat Ezekuttiv fl-assenza tal-membru koncernat m’hix appellibbli.

19.3          Decizjoni ta’ dixxiplina mehuda mill-Kumitat Ezekuttiv wara li l-membru koncernat ikun deher quddiemu hija appellibbli fl-ewwel  laqgha generali li jkun imiss.  L-avviz ghall-appell ghandu jinghata bil-miktub fi zmien hames granet tax-xoghol minn dik il-gurnata li d-decizjoni tal-Kumitat Ezekuttiv titwassal lill-membru.

19.4          Il-membru koncernat ghandu jkompli jgawdi d-drittijiet kollha tas-shubija sakemm il-kaz jinstema’ mil-laqgha generali.

19.5          Kull decizjoni ta’  dixxiplina mehuda mill-Kumitat Ezekuttiv tista’  tinbidel b’maggoranza semplici waqt laqgha generali.

19.6          Passi dixxiplinarji kontra ufficjal jew membru tal-Kumitat Ezekuttiv jistghu jittiehdu mil-laqgha generali.

20.    TIBDIL FIR-REGOLAMENTI

Dawn ir-regolamenti jistghu jigu mibdula, mizjuda jew revokiati b’vot ta’ zewg terzi tal-voti vvutati fil-laqgha generali.

21     XOLJIMENT

21.1     L-Ghaqda tibqa’  tesisti  sa’ kemm jippermettilha n-numru stipulat mill- ligi.

21.2     Rezoluzzjoni ghal-xoljiment volontarju jkun suggett ghad-diskussjoni minn Laqgha Generali Straordinarja. Jekk ir-rezoluzzjoni tkun approvata, rapport tad-diskussjoni jintbaghad lil kull membru u jittiehed ‘vot postali’. Ir-rizoluzzjoni tkun in effett jekk 80% ta’ dawk li jivvutaw fi zmien xahar ikunu favur ix-xoljiment.

21.3     F’kaz  ta’  xoljiment   volontarju d-disponiment  tal-fondi  w  oggetti ohra proprjeta’   ta’  l-Ghaqda issir kif tiddeciedi din il-laqgha.

21.4     F’kaz ta’ xoljiment minhabba n-numru stipulat mil-ligi ma jibqax jezisti, id-disponiment tal-fondi u oggetti ohra proprjeta’ ta’ l-Ghaqda jinghataw lil-Istituti tal-Karita’.

Rivedut:         14.1        28/09/2001

                     9.1          26/09/2002

                     9.5          26/01/2007

                     10.9        26/01/2007

                     12.10      26/01/2007

                     14.6        26/01/2007

                     2             07/11/2007

                     5.5          07/11/2007

                     7.2          07/11/2007

                     7.3          07/11/2007

                     11.1        07/11/2007

                     11.2        07/11/2007

                     11.4        07/11/2007

                     12           07/11/2007

                     12.4        07/11/2007

                     9.1          19/10/2010

 

APPENDICI  ‘A’  TA’ L-ISTATUT

REGOLI PROCEDURALI TAL-LAQGHAT GENERALI

1.                  FTUH TAL-LAQGHAT

1.1.            Min imexxi l-laqgha ghandu jizgura ruhu li hemm Kworum statotorju qabel ma jiddikjara l-laqgha miftuha.

1.2.            Il-laqgha titqies li bdiet wara li c-Chairman jaqra l-agenda.

  1. 2.                  TREGIJA

2.1.            Il-President imexxi l-laqgha kollha.   Il-President jista’ jitlob ghall-hatra ta’ Chairman biex imexxi l-laqgha jekk he jiddikjara l-intenzjoni li jiehu sehem fid-diskussjoni.

2.2.            Fl-assenza tal-President is-Segretarju ghandu jaghmel sejha biex jinhatar Chairman.   Dak li jinhatar Chairman  jista’  jmexxi dik is-seduta biss jew sa’ kemm  jasal il-President.

2.3.            Jekk hemm aktar min-nominazzjoni wahda ghal Chairman, ghandha issir votazzjoni sigrieta’.

2.4.            Il-minuti tal-laqghat generali annwali u dawk straordinarji jinqraw fl-ewwel laqgha li jkun imiss.

2.5.            Ebda diskussjoni m’ghandha tithalla ssir waqt il-qari jew qabel l-approvazzjoni tal-minuti jekk mhux dwar il-precizjoni taghhom.

2.6.            Wara l-konferma tal-minuti jistghu jaghmlu mistoqsijiet dwarhom, bl-iskop li jinkiseb taghrif biss.

2.7.            Il-movent ta’ mozzjoni  ghal sospenzjoni tar-regolamenti ghandhu jithalla jispjega lil-laqgha r-ragunijiet li minhabba fihom ikun talab is-sospenzjoni tar-regolamenti.  Mozzjoni bhal din tehtieg sekondant, u maggoranza ta’ zewg terzi.

2.8.            Meta jitqanqal punt ta’ ordni kull kiskussjoni tieqaf sa’ kemm ikun hemm decizjoni tac-Chairman.

2.9.            Decizjoni tac-Chairman tista’  tigi kkontestata b’mozzjoni sedondata.   Mozzjoni bhal din tiehu precedenza fuq l-agenda.

2.10.        Meta kwistjoni tkun deciza mic-Chairman,  hadd ma jista’  jerga jqanqal l-istess kwistjoni fl-istess laqgha.

2.11.        Fil-kaz li l-laqgha tiddegenera c-Chairman ghandhu s-setgha li jwaqqaf is-seduta ghal hin determinat sa’ kemm tinkiseb l-ordni.

  1. 3.                  AGENDA

3.1.            Ebda mozzjoni jew emenda ma’  tista’  titressaq jekk ma kienetx cirkulata qabel il-laqgha.

3.2.            Jistghu jitressqu mozzjonijiet jew emendi relevanti anki mhux avzati, bil-qbil ta’ zewg terzi tal-laqgha.

3.3.            Fuq talba tal-maggoranza, il-President ghandhu dritt jibdel l-ordni ta’ l-agenda.

3.4.            L-ebda mozzjoni jew emenda avzata ma tista’ tigi rtirata jekk mhux bil-qbil ta’ maggoranza semplici

  1. 4.                  PROCEDURA WAQT ID-DIBATTITU

4.1.            Hadd ma jista’ jqum jitkellem jekk mhux bil-permezz tac-Chairman.

4.2.      Kull   membru ghandu jqum biex jitkellem u jindirizza lic-Chairman.

4.3       Ic-Chairman ghandu d-dritt jaghzel lil min jitkellem, jirregola l-hin tad-dibattitu fuq kull mozzjoni kif ukoll it-tul ta’  zmien ghal kull kelliemi.

4.4.            Meta l-movent tal-mozzjoni jew emeda ma jattendix ghal-laqgha, din tista’  titressaq minn membru iehor,  jekk dan  ikollu s-setgha bil-miktub tal-movent.

4.5.            Jekk ic-Chairman isejjah lil xi hadd ghall-ordni l-membru li jkun qed jitkellem ghandu jieqaf u joqghod bil-qieghda.

4.6.            Ebda membru ma jista’ jitkellem izjed minn darba fuq suggett hlief il-movent ta’ mozzjoni li jista’ jitkellem darbtejn.

4.7.            Is-dekondant ghandu d-dritt li jitkellem wara l-movent jew aktar tard.

4.8.            Il-kelliema l-ohra, fejn ikun possibbli, ghandhom jinghazlu wiehed favur u wiehed kontra.

4.9.            Il-movent ta’ emenda ghandu dritt li jitkellm fuqha anki jekk dan ikun tkellem fuq il-mozzjoni originali.

4.10.        Mozzjoni sekondata biex jispicca d-dibattitu tista’ ssir biss minn membri li ma jkunux tkellmu waqt id-dibattitu.  Hadd ma jista’ jitkellem fuq mozzjoni bhal din.

4.11.        Il-movent ta’ mozzjoni li waqfet minhabba “motion of progress” ghandu d-dritt jaghlaq id-dibattitu.

4.12.        Il-mod ta’ kif issir votazzjoni jkun deciz mic-Chairman izda kull membru jista’ jitlob vot sigriet.

4.13.        Ic-Chairman ghandu dritt ghall-vot u “casting vote” jekk ikun irid.

4.14.        Fil-kaz li n-numru tal-voti favur u kontra jkunu l-istess, u ma jintuzax il-“casting vote”, il-votazzjoni terga’ ssir.

  1. 5.                  ELEZZJONIJIET

5.1.            Il-laqgha ghandha tahtar tliet “tellers” minn fost il-membri li ma jkunux qed jikkontestaw l-elezzjoni biex jiehdu hsieb imexxu l-elezzjoni.   It-“tellers” ikollhom dritt ghall-vot.

5.2.            Il-votazzjoni ssir waqt il-laqgha, izda ghandha tinzamm sigrieta.

5.3.            Ic-Chairman ghandu jaqra r-rapport tat-“tellers” fi tmiem l-elezzjoni.

5.4.            Ir-rizultat ta’ l-elezzjoni ghandu jinghata  lis-Segretarju, u jinzamm ghal sena.

6.         DIXXIPLINA

6.1.            Hadd ma ghandu jhalli postu mill-kamra tal-laqgha minghajr permezz tac-Chairman.

6.2.            Ic-Chairman ghandu d-dritt li jwissi u/jew jissospendi mis-seduta kull membru li jgib ruhu hazin.

6.3.            Membru li jkun sospiz ghandu johrog mill-kamra u ma jkollux dritt jiehu sehem fid-diskussjonijiet u l-votazzjonijiet li jsiru f’dak il perjodu waqt li huwa jkun sospiz.

  1. 7.                  AGGORNAMENT

7.1.            Kull membru jista jressaq mozzjoni biex il-laqgha tkompli meta jkun  ghadda l-hin avzat.   Hadd ma jista’  jitkellem fuq mozzjoni bhal din.

7.2.            L-aggornament  tal-laqgha jigi  ffissat b’mozzjoni.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: