Karigi godda fil-kumitat ta’ l-EPOU

January 18, 2010

18 ta’ Jannar 2010

Wara r-rizenja ta’ l-Eur Ing. Kenneth Abela minn segretarju tal-unjin, l-kumitat hatar lil Ing.Bernard Farrugia bhala segretarju u lil Eng. Sylvana Scicluna bhala membru fil-kumitat ezekuttiv

B’hekk il-kumitat ta’ l-EPOU hu maghmul minn:

Ing. Ismail D’Amato            President
Ing. Bernard Farrugia         Segretarju
Ing. David Griscti                 Tezorier
Ing. Alistair Camilleri          Vici President
s-Sur Mark Aquilina             Assistent Segretarju
Ing. John Zammit                 Membru
Ing. Sylvana Scicluna          Membru

Il-kumitat jixtieq jawgura kull success possibli l-Kenneth Abela fil-posizzjoni l-gdida tieghu u jirringrazzjah tad-dedikazzjoni u l-professjonalita li dejjem wera sabiex jaqdi dmirijietu fi hdan l-EPOU.

Ismail D’Amato
President

Advertisements

Inċident fil-Marsa Power Station

November 23, 2009

L-Enemalta Professional Officers’ Union tixtieq tirringrazzja lill-impjegati ta’ l-enemalta, kemm professjonisti, kif wkoll managers u haddiema, li taw sehemom biex intefa in-nar li zviluppa wara spluzjoni ta’ circuit breaker gewwa switchgear room fil-Marsa Power station.

L-EPOU tkompli din l-istqarrija billi tfahhar l-intervent prompt ta’ l-impjegati ta’ l-enemalta li minnufih izolaw l-iswitchgear in kwistjoni u turi l-apprezzament taghha ghall-fatt li f’sitwazzjoni daqshekk delikata l-impjegati baqghu lucidi u inghaqdu fl-imkien biex f’hin relattivament qasir irnexxilhom jwaqqfu n-nar, jizolaw l-iswitchgear li qabad mill-elettriku, u jaghtu lura s-servizz lill-Malta kollha.


L-EPOU tikteb lill-MEPA dwar it-trab fl-ajru f’DPS

August 13, 2009

Fit-13 ta’ Awwissu 2009, L-EPOU kitbet lill-MEPA dwar il-problema ta’ trab fl-arja fil-power station ta’ Delimara:

 

Sinjur/a,

L-Enemalta Professional Officers Union (EPOU) li tirrappreżenta l-professjonisti tal-Korporazzjoni Enemalta ilha żmien twil tilmenta mal-employers tagħna,  l-Korporazzjoni, dwar il-kwalita’ tal-arja fl-instalalzzjoni tal-Power Station ta’ Delimara.

Membri tagħna bdew jilmentaw minn problem respiratorji kawża tat-trab abjad li hemm fl-arja minħabba l-muntanji ta’ trab li hemm eżatt barra l-instalalzzjoni.

Qed nehmzu site plan, kif wkoll ritratti tal-muntanji.

L-EPOU kitbet fit- 28 ta’ Lulju 2009 lill-OHSA iżda s’issa irċevejna biss acknowledgement.

Minn naħa tal-Korporazzjoni, hi tikkonferma li l-proġġett tat-tħaffir tal-mina tlesta fl-aħħar ta’ Ġunju 2009 iżda ma setgħatx twieġeb meta l-materjal ser jitneħħa.

L-EPOU qed titlob, li jekk il-MEPA jidrilha li l-iżvilupp u l-ħażna ta-trab u ramel hu kollu regolari, jsir kejl u  moniteraġġ tal-livelli tat-trab fl-arja u r-riżultati jitqabblu mal-istandards Ewropej.

Napprezzaw li din il-materja tinghata attenzjoni urgenti minhabba li l-problema hi hafna ghar fis-sajf ghaliex it-trab ikun xott. Mill-banda l’ohra, fix-Xitwa jkun hemm problema ohra ta’ ramel li jispicca fil-bahar wara x-xita.

Nistennew minghandkom

Grazzi


Barbeque 2009

August 10, 2009

Ritratti tal-Barbeque li kien organizzat fis-7 ta’ Awwissu jinsabu fis-sezzjoni tar-ritratti : Agħfas hawn


Merħba

July 14, 2009

Merħba lill-membri, membri prospettivi u mistiedna oħra,

Kien xieraq għal din il-Union , li se tiċċelebra l-20 sena ta’ ħidma s-sena d-dieħla, li tippreżenta lil-membri tagħha web site ‘refurbished’ u aħjar milli kellna qabel.

L-EPOU tirrapreżenta l-professjonisti tal-Korporazzjoni Enemalta. Aħna naħsbu li dan is-sit jista’ jkun utli mal- membri biex jkunu aktar informati dwar x’ikun għaddej. Hawn għandkom tibdew issibu informazzjoni interna  li toħroġ perjodikament mil-kumitat ezekuttiv, l-istqarrijiet ghall-istampa li toħrog il-Union minn żmien għal żmien, aċċess ghall-formoli relatati mal-Laqgħat Ġenerali Annwali,  kif ukoll applikazzjonijiet għall-ħatra tal-kumitat u applikazzjonijiet ghall-sħubija.

Fl-aħħar u mhux l-inqas nixtiequ nużaw dan l-ispazju biex tkunu tistgħu tħalluna feedback jew links li forsi jistgħu jkunu ta’ ġid lill-professjonisti l-oħra.

Il-web site – li giet ippreparata b’ tant professjonaliżmu, tikkonferma kemm il-Union hi proattiva u tħares ‘il quddiem, minkejja ċ-ċokon relattiv tagħha.

Grazzi mill-ġdid lil kull min għen jew ħareġ b’xi proposta kostruttiva .

Inġ. Ismail D’Amato

President                  

EPOU

14 ta’ Lulju 2009


Ittra lill-Managment tal-Enemalta

July 10, 2009

L-EPOU tavża li bagħtet ittra permezz tal-avukat, rigward il-privatizzazjoni tal-Petroleum, lill-Management tal-Enemalta.  Kopja tal-ittra tinsab f’dan il-link : Ittra