History

History EPOU

Lejn l-aħħar tat-tmeninijiet ittieħdet inizjattiva minn Manwel Zammit, Dominic Saywell , Edwin Gauci u Alan Attard biex titwaqqaf union tal-professjonisti u saret l-ewwel laqgħa bejnietom fl-Imsida.

Wara l-ewwel laqgħa l-ewwel tnejn ma aċċettawx li jkollhom kariga u fil-fatt l-ewwel president kien Edwin Gauci, waqt li Charlie Bonello kien viċi president.  John Pace sar segretarju  Joseph Micallef kien teżorier. Dak iz-zmien il-laqgħat tal-Union kienu jsiru l-Belt, fi Triq Zekka.

L-ewwel statut kien ġie iddraftjajt mis-segretarju John Pace, u kien ġie bbażat fuq dak ta’ organizzazzjonijiet oħra, fosthom il-Malta Association of Electrical Engineers li kienet teżisti fis-snin sebgħin.

Meta l-Korporazzjoni Enemalta sostniet li ma riedetx tati l-għarfien lil Union li tirrapreżenta l-professjonisti, il-każ tressaq għall-gharfien quddiem it-Tribunal Indusrijali. It-Tribunal kien ta raġun lill-EPOU u b’hekk ingħatat l-għarfien .

Hi ġiet reġistrata uffiċċjalment  fit-3 t’Awwissu 1990, referenza RTU 240.

Kien għalhekk li inbeda x-xogħol fuq Ftehim Kolletiv u dan kien ġie ffermat  fit-18 ta’ Marzu  1994. Kien effettiv bejn is-16 ta’ Settembru 1991 u l- 31 ta’ Dicembru 1995, u kien iffirmat minn Alan Attard bħala President u Joe Mifsud bħala Segretarju  n-naħa tal-Union u l-Perit Joe Ellul Vincenti min naħa tal-Korporazzjoni Enemalta.

L-ewwel disputa formali tal-Union kienet fuq l-on call allowance u kien hemm theddida ta’ industrial action fi żmien il-Milied 1990.  Il-management kien sostna li ma ridtx jiddiskuti, imma fl-aħħar daħal iċ-Chairman Laurence Ciantar u ntlaħaq ftehim.

Ftehim Kollettiv sussegwenti, wara dak tas-snin 1991 – 1995 kienu dawk tas-snin  1999 – 2001,  2002 – 2005 , u 2006 – 2010.

Fl-2008, wara mozzjoni li kienet ghaddiet waqt l-laqgha generali annwali ta’ Ottubru ta’ l-2006, l-EPOU affiljat ruhha fi hdan il-FOR.UM sabiex tkun tista taqsam l-esperjenzi taghha fi hdan it-trejdjunjonizmu f’Malta u titghallem mill-esperjenzi ta’ unjins ohra zghar bhalha.

Fil- bidu ta’ l-2009, wara mozzjoni li ghaddiet b’maggoranza fl-LGA ta’ Ottubru ta’ l-2008, l-EPOU hatret sotto kumitat biex jistudja l-bidla fil-klima. F’Marzu ta’ l-2009 dan is-sotto kumitat ipprezenta dokument lill-MRRA waqt process ta’ konsultazzjoni pubblika rigward l-istrategija nazzjonali tat-tibdil fil-klima. Dan id-dokument qajjem dibattitu shih fuq ir-rakkomandazzjoni li ta, u tant intlaqa tajjeb li hajjar lill-EPOU tinnomina lis-sotto kumitat li pprezenta dan id-dokument biex jipprazetaha f’zewg sectorial committees fi hdan il-MEUSEC.

F’Awwissu ta’ l-2009 fuq inizjattiva tas-segretarju ta’ dak iz-zmien, l-Eur. Ing. Kenneth Abela, l-EPOU neghdiet il-website taghha wara li nxtrat d-domain name http://www.epoumalta.org.

Fl-2010, l-EPOU taghlaq 20 sena minn meta twaqqfet. Fil-bidu tas-sena, l-kumitat iddecieda li jalloka somma mill-budget tieghu biex jiffestegja dan l-avveniment mal-membri tal-unjin.

Lista ta’ Uffiċċjali u membri mit-twaqqif tal-Union

1990/1991

President: Inġ. Edwin Gauci , Viċi President: Inġ Charles Bonello , Segretarju: Inġ John Pace , Membru: Inġ Alan Attard

1991/1992

President: Inġ. Edwin Gauci , Viċi President: Inġ Charles Bonello , Segretarju: Inġ John Pace , Membru: Inġ Alan Attard , Inġ Carmel R.Sant

1992/1993

President: Inġ  Alan Attard , Viċi President: Inġ Charles Bonello, Segretarju: Inġ  Joseph  Mifsud , Teżorier:  Inġ  Paul Caruana, Membri:  Inġ  Charles Buttigieg,  Inġ Paul Azzopardi.

1993/1994

President: Inġ  Alan Attard , Segretarju: Inġ  Joseph  Mifsud, Viċi President: Inġ Charles Bonello , Tezorier:  Inġ  Paul Caruana, Membri: Inġ  Charles Buttigieg,  Inġ Paul Azzopardi.

1994/1995

President: Inġ  Alan Attard, Segretarju: Inġ  Joseph  Mifsud, Teċorier: Is-Sur Godfrey Scicluna, Membri: Inġ  Paul Azzopardi, Inġ  Charles Buttigieg, Inġ  Stephen Borg, Inġ  Sandra Meli

1995/1996

President: Inġ Alan Attard,  Segretarju:  Inġ  Anton Camilleri, Teżoriera  Inġ  Charles Buttigieg u Inġ  Stephen Borg, Membri: Inġ  Mario Micallef, Inġ  Joseph Mifsud, Inġ  Stephen Pisani, Inġ  Philip Bonello

1996/1997

President: Inġ  Alan Attard, Segretarju:  Inġ  Anton Camilleri, Teżoriera: Inġ  Charles Buttigieg u Inġ  Stephen Borg, Membri: Inġ  Mario Micallef, Inġ  Joseph Mifsud.

1997/1998

President: Inġ Anton Camilleri, Segretarju: Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier Inġ  Stephen Scott, Ass. Seg:  Inġ Charles Buttigieg, Membri:  Inġ  Alan Attard, Inġ  Ray Farrugia, Inġ  Mario Micallef.

1998/1999

President:  Inġ Anton Camilleri, Segretarju:  Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier:  Inġ  Stephen Scott, Ass. Seg:  Inġ Charles Buttigieg, Membri:  Inġ  Alan Attard, Inġ  Ray Farrugia, Inġ Mario Micallef.

1999/2000

President:  Inġ Anton Camilleri, Segretarju: Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier Inġ Stephen Scott, Ass. Seg: Inġ Charles Buttigieg, Membri:  Inġ  Alan Attard, Inġ  Ray Farrugia, Inġ Mario Micallef.

2000/2001

President: Inġ Alan Attard, Segretarju:  Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier Ian Stafrace, Viċi President:  Inġ  Charles Buttigieg, Asst Seg: Inġ  Anton Camilleri, Membri: Inġ Mario Micallef, Inġ  Patrick Borg Cardona, Inġ  Ray Farrugia,

2001/2002

President: Inġ  Alan Attard, Segretarju: Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier; Ing  Ian Stafrace, Asst, Seg: Inġ  Ray Azzopardi, Viċi President: Inġ  Charles Buttigieg, Membri: Inġ  Patrick Borg Cardona, Inġ  Anton Camilleri

2002/2003

President: Inġ  Alan Attard, Segretarju: Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier; Patrick Borg Cardona, Asst, Seg:  Ray Azzopardi, Viċi President: Inġ  Charles Buttigieg, Membri: Inġ  Joe D’Anastas , Inġ  Michael Falzon, Inġ  Josephine Vella

2003/2004

President: Inġ  Alan Cassar , Segretarju: Inġ Patrick Borg Cardona, Teżorier: Inġ  Ian Stafrace Asst Seg:  Inġ  Michael Falzon, Viċi President: Inġ  Charlie Buttigieg, Membri: Inġ  Phyllis Borg, Inġ  Noel Psaila,  Inġ  Anton Camilleri , Inġ  Patrick Borg Cardona

2004/2005

President: Ing  Alan Cassar, Segretarju: Inġ  Ismail D’Amato, Teżorier: Inġ  Ian Stafrace Viċi President: Inġ  Anton Camilleri , Membri: Inġ  John Caruana, Inġ Michael Falzon, Inġ Stephen Sammut

2005/2006

President: Inġ  Alan Cassar, Segretarju: Inġ Ismail D’Amato, Teżorier: Inġ  Ian Stafrace, Membri: Eur. Ing.  Kenneth Abela, Inġ  Anton Camilleri, Inġ John Caruana, Inġ David Grixti, Inġ  John Zammit, Inġ  Mark Aquilina

2006/2007

President: Inġ  Alan Cassar, Segretarju: Inġ Ismail D’Amato, Teżorier: Inġ  Ian Stafrace, Viċi President: Eur.Ing. Kenneth Abela, Membri: Inġ  Anton Camilleri, Inġ John Caruana, Inġ David Grixti, Inġ John Zammit, Inġ  Mark Aquilina

2007/2008

President: Inġ Ismail D’Amato, Segretraju: Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier: Inġ David Griscti Asst Seg: Inġ  Mark Aquilina, Viċi President: Inġ Anton Camilleri, Membri:  Inġ  Alistair Camilleri , Inġ  John Zammit

2008/2009

President: Inġ Ismail D’Amato, Segretraju: Eur.Ing. Kenneth Abela, Teżorier: Inġ David Griscti Asst Seg: Inġ  Mark Aquilina, Viċi President: Inġ Alistair Camilleri, Membri:  Inġ  Anton Camilleri, Inġ Bernard Farrugia

2009/2010

October 2009 – mid January 2010

President: Ing. Ismail D’Amato, Segretarju: Eur. Ing. Kenneth Abela, Tezorier: Ing. David Griscti, Membri: s-Sur Mark Aquilina, Ing. Alistair Camilleri, Ing. Bernard Farrugia, Ing. John Zammit

17th January 2010 – October 2010
President: Ing. Ismail D’Amato, Segretarju: Ing. Bernard Farrugia, Tezorier: Ing. David Griscti, Membri: s-Sur Mark Aquilina, Ing. Alistair Camilleri, Eng. Sylvana Scicluna, Ing. John Zammit

2010 / 2011

President: Inġ. Ismail D’Amato, Segretarju: Inġ. Bernard Farrugia, Teżorier: S-Sur Mark Aquilina, Viċi President: Inġ. Alistair Camilleri, Assistent Segretarju: Eng Sylvana Scicluna, Membri : Inġ. John Zammit, Inġ Alan Bezzina

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: