L-EPOU tikteb lill-MEPA dwar it-trab fl-ajru f’DPS

August 13, 2009

Fit-13 ta’ Awwissu 2009, L-EPOU kitbet lill-MEPA dwar il-problema ta’ trab fl-arja fil-power station ta’ Delimara:

 

Sinjur/a,

L-Enemalta Professional Officers Union (EPOU) li tirrappreżenta l-professjonisti tal-Korporazzjoni Enemalta ilha żmien twil tilmenta mal-employers tagħna,  l-Korporazzjoni, dwar il-kwalita’ tal-arja fl-instalalzzjoni tal-Power Station ta’ Delimara.

Membri tagħna bdew jilmentaw minn problem respiratorji kawża tat-trab abjad li hemm fl-arja minħabba l-muntanji ta’ trab li hemm eżatt barra l-instalalzzjoni.

Qed nehmzu site plan, kif wkoll ritratti tal-muntanji.

L-EPOU kitbet fit- 28 ta’ Lulju 2009 lill-OHSA iżda s’issa irċevejna biss acknowledgement.

Minn naħa tal-Korporazzjoni, hi tikkonferma li l-proġġett tat-tħaffir tal-mina tlesta fl-aħħar ta’ Ġunju 2009 iżda ma setgħatx twieġeb meta l-materjal ser jitneħħa.

L-EPOU qed titlob, li jekk il-MEPA jidrilha li l-iżvilupp u l-ħażna ta-trab u ramel hu kollu regolari, jsir kejl u  moniteraġġ tal-livelli tat-trab fl-arja u r-riżultati jitqabblu mal-istandards Ewropej.

Napprezzaw li din il-materja tinghata attenzjoni urgenti minhabba li l-problema hi hafna ghar fis-sajf ghaliex it-trab ikun xott. Mill-banda l’ohra, fix-Xitwa jkun hemm problema ohra ta’ ramel li jispicca fil-bahar wara x-xita.

Nistennew minghandkom

Grazzi


Barbeque 2009

August 10, 2009

Ritratti tal-Barbeque li kien organizzat fis-7 ta’ Awwissu jinsabu fis-sezzjoni tar-ritratti : Agħfas hawn


L-EPOU tikteb lill-OHSA dwar it-trab fl’ajru fil-power station ta’ Delimara

August 6, 2009

 

OHSA

17, Edgar Ferro Street

Pieta’  MSD

28 ta’ Lulju 2009

 

Sinjur/a,

TRAB FL-ARJA F’DELIMARA POWER STATION

Numru ta’ snin ilu l-Korporazzjoni Enemalta, li huma l-‘employers’ tagħna, tat tender biex titħaffer mina bejn Delimara u Marsa South. Din saret eżatt barra l-‘main gate’ ta’ Delimara Power Station.

Dan it-tħaffir iġġenera munzelli ta’ trab li partikolarment fis-Sajf, meta jkun xott, itir ma kullimkien ġewwa l-installazzjoni.

Bosta membri tagħna qed jilmentaw li qed ikollhom problemi respiratorji minħabba dan it- trab. 

Il-Union resqet dan l-ilment bosta drabi lill-Korporazzjoni Enemalta, u kien hemm suġġerimenti kif l-inkonvenjent jistgħa jitnaqqas, p.e. billi jixxarrab it-trab. Dawn il-mizuri iżda qatt ma ttieħdu bis-serjeta’ mill-kuntrattur li kien qed jaghmel ix-xogħol.

Issa l-proġett tlesta, iżda minkejja dan, il-muntanji ta’ trab għadom hemm, u ma jidhirx li ser jitneħħew.

 Il-Union għalhekk qed titlob lill-Awtorita’ biex tieħu passi ħalli dan l-inkonvenjent , li qed ikun ta’ detriment għas-saħħa tal-ħaddiema, jitneħħa.

 Il-Union lesta tiltaqa’ magħkom biex telabora aktar.

 Grazzi

Dejjem tiegħek

 

Kenneth Abela

Segretarju