STQARRIJA GHALL-ISTAMPA – PRIVITIZZAZZJONI TAD-DIVIZJONI TAL-PETROLEUM

July 17, 2009

 

L-Enemalta Professional Officers Union ghada kemm kitbet lill-Korporazjoni Enemalta u lill- Privatization  Unit tfakkar li skond il-Ligijiet ta’ Malta jrid isir konsultazzjoni maghha qabel isir it-trasferiment tax-xoghol tad-Divizjoni tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta.

17 ta’ Lulju 2009

Advertisements

Merħba

July 14, 2009

Merħba lill-membri, membri prospettivi u mistiedna oħra,

Kien xieraq għal din il-Union , li se tiċċelebra l-20 sena ta’ ħidma s-sena d-dieħla, li tippreżenta lil-membri tagħha web site ‘refurbished’ u aħjar milli kellna qabel.

L-EPOU tirrapreżenta l-professjonisti tal-Korporazzjoni Enemalta. Aħna naħsbu li dan is-sit jista’ jkun utli mal- membri biex jkunu aktar informati dwar x’ikun għaddej. Hawn għandkom tibdew issibu informazzjoni interna  li toħroġ perjodikament mil-kumitat ezekuttiv, l-istqarrijiet ghall-istampa li toħrog il-Union minn żmien għal żmien, aċċess ghall-formoli relatati mal-Laqgħat Ġenerali Annwali,  kif ukoll applikazzjonijiet għall-ħatra tal-kumitat u applikazzjonijiet ghall-sħubija.

Fl-aħħar u mhux l-inqas nixtiequ nużaw dan l-ispazju biex tkunu tistgħu tħalluna feedback jew links li forsi jistgħu jkunu ta’ ġid lill-professjonisti l-oħra.

Il-web site – li giet ippreparata b’ tant professjonaliżmu, tikkonferma kemm il-Union hi proattiva u tħares ‘il quddiem, minkejja ċ-ċokon relattiv tagħha.

Grazzi mill-ġdid lil kull min għen jew ħareġ b’xi proposta kostruttiva .

Inġ. Ismail D’Amato

President                  

EPOU

14 ta’ Lulju 2009


Ittra lill-Managment tal-Enemalta

July 10, 2009

L-EPOU tavża li bagħtet ittra permezz tal-avukat, rigward il-privatizzazjoni tal-Petroleum, lill-Management tal-Enemalta.  Kopja tal-ittra tinsab f’dan il-link : Ittra