Merħba lill-Membri, Membri Prospettivi u Mistiedna oħra

March 12, 2009

Kien xieraq għal din il-Union , li se tiċċelebra l-20 sena ta’ ħidma s-sena d-dieħla, li tippreżenta lil-membri tagħha web site ‘refurbished’ u aħjar milli kellna qabel.

L-EPOU tirrapreżenta l-professjonisti tal-Korporazzjoni Enemalta. Ahna nahsbu li dan is-sit jista’ jkun utli mal- membri biex jkunu aktar informati dwar x’ikun għaddej. Hawn għandkom tibdew issibu informazzjoni interna  li toħroġ perjodikament mil-kumitat eżekuttiv, l-istqarrijiet għall-istampa li toħroġ l-Union minn żmien għal żmien, aċċess għall-formoli relatati mal-Laqghat Ġenerali Annwali,  kif ukoll applikazzjonijiet għall-ħatra tal-kumitat u applikazzjonijiet għall-sħubija.

Fl-aħħar u mhux l-inqas nixtiequ nużaw dan l-ispazju biex tkunu tistghu thalluna feedback jew links li forsi jistgħu jkunu ta’ ġid lill-professjonisti l-oħra.

Il-web site – li ġiet ippreparata b’ tant professjonaliżmu, tikkonferma kemm il-Union hi proattiva u tħares ‘il quddiem, minkejja ċ-ċokon relattiv tagħha.

Grazzi mill-gdid lil kull min għen jew ħareġ b’xi proposta kostruttiva .

Ing. Ismail D’Amato

President                 

E.P.O.U.

Advertisements