Laqgħa Ġenerali Annwali 2011

October 10, 2011

L-EPOU tixtieq tħabbar li nhar il-Ħamis 20 t’ Ottubru 2011 fis-sitta ta’ filgħaxija, ser tinżamm il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġewwa l-impjant ta’ Delimara.

Aġenda

1. Ftuħ tal-laqgħa mill-President u qari tal-aġenda

2. Approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali

3. Diskors mill-President

4. Approvazzjoni tar-Rapport Amministrattiv

5. Approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju

6. Mozzjonijiet u emendi tal-istatut

7. Materja mqajjma u domandi

8. Ħatra ta’ kummissjoni li tieħu ħsieb l-elezzjoni għall-Kumitat Eżekuttiv

9. Ħatra tal-Kumitat Eżekuttiv 2011/2012

10. Għeluq tal-laqgħa u riċevimet żgħir wara.

L-unjin tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jattendu u jipparteċipaw bi ħġarhom f’din il-Laqgħa.

Inġ. Alistair Camilleri

President EPOU

Advertisements

Kompożizzjoni tal-kumitat eżekuttiv

October 25, 2010

Ċirkolari 1/2011

20 ta ’ Ottubru 2010

Għeżież membri,

REF: Kompożizzjoni tal-kumitat eżekuttiv

 

Il-kumitat jixtieq iħabbar li wara il-laqgħa ġenerali annwali li saret  nhar il-Ħamis 14 ta’ Ottubru , ir-rwoli fil-kumitat tal-EPOU issa hu dan segwenti:

Inġ. Ismail D’Amato – President

Inġ. Bernard Farrugia – Segretarju

s-Sur Mark Aquilina – Teżorier

Inġ. Alistair Camilleri – Viċi President

Eng Sylvana Scicluna – Assistent Segretarju

Inġ. John Zammit – Membru

Inġ Alan Bezzina – Membru

Inoltre ġie deċiż li skond artiklu 9.1 tal-istatut il-liasion officers huma:

Liaison officer DPS & Chemists – s-Sur Mark Aquilina  

Liaison officer MPS – Inġ Alan Bezzina

Liaison officers Dist/Dev – Inġ. Alistair Camilleri & Inġ. John Zammit

Liasion officer Day Duty/ICT/Acc. Etc  – Eng Sylvana Scicluna

Grazzi.

Tislijiet,

Inġ. Bernard Farruġia

Segretarju

EPOU


Ombudsman Report

March 12, 2010

Follow this report to view the ombudsman report –

Report in pdf file format

you may prefer to right click and choose “save target as” to download the report


Karigi godda fil-kumitat ta’ l-EPOU

January 18, 2010

18 ta’ Jannar 2010

Wara r-rizenja ta’ l-Eur Ing. Kenneth Abela minn segretarju tal-unjin, l-kumitat hatar lil Ing.Bernard Farrugia bhala segretarju u lil Eng. Sylvana Scicluna bhala membru fil-kumitat ezekuttiv

B’hekk il-kumitat ta’ l-EPOU hu maghmul minn:

Ing. Ismail D’Amato            President
Ing. Bernard Farrugia         Segretarju
Ing. David Griscti                 Tezorier
Ing. Alistair Camilleri          Vici President
s-Sur Mark Aquilina             Assistent Segretarju
Ing. John Zammit                 Membru
Ing. Sylvana Scicluna          Membru

Il-kumitat jixtieq jawgura kull success possibli l-Kenneth Abela fil-posizzjoni l-gdida tieghu u jirringrazzjah tad-dedikazzjoni u l-professjonalita li dejjem wera sabiex jaqdi dmirijietu fi hdan l-EPOU.

Ismail D’Amato
President


Letter to the Sunday Times Editor

January 18, 2010

The Editor, Sunday Times

In his Article ’The bug that never stung’ of the 27th December 2009, Prof Robert Ghirlando, former Chairman of Enemalta Corporation, gave an overview of the Corporation’s efforts in ensuing that there would be no power cuts as a consequence of the infamous Y2K bug, at midnight of the 31st December 1999.

Prof Ghirlando laments that while he had spent that night on the Corporation premises, as had the Corporation’s Engineering Managers, not so the engineers, whose union, he insisted, had made ridiculous demands to accept to join them. In his comments, Prof Ghirlando does not do any justice to either the operation engineers that where on duty on the millennium eve, or to all the other power station shift workers who year after year miss the festive seasons to provide the nation a service, while others are enjoying the Christmas spirit. Prof Ghirlando has also failed to remember that as August 1999 approached, the Corporation’s non- shift professionals had asked their union, the EPOU, to inquire if they would be required to be on duty during that ‘new millennium’ night, since if not, they, of course, preferred to spend it with the rest of the world, celebrating the ushering in of the new millennium.

 The EPOU made this request to Management, but it appeared that at that time the Corporation did not appear to have made any emergency or contingency plans, and no reply was forthcoming. The Union thus informed its members of this, and individual members made plans to spend this night with their members. As the weeks rolled by, and the millennium night approached, engineers, on an individual basis, began to query the Corporation’s position and wrote to the Chairman, as they could not really believe that the Corporation was not making any contingency plans.

The Corporation’s reply to these engineers was – yes, we are formulating plans, but ask your Manager if you would be needed. By then it was September (1999). The Union, being proactive once again, put this question in writing, on behalf of its members, to all the Corporation’s Managers. Apart from a couple of verbal replies confirming that they would not be needed, no Manager wrote to say that he required his engineers to be on duty.

The Union informed the Management of this. At this, all of a sudden, the Corporation’s position changed to one diametrically opposite. The position became one of ‘everyone must keep himself available’. The situation became even more confusing when the Office of the PM issued instructions (MPO 157/1999) that no ‘special bonus’ was to be paid to persons working during that night. Thus non-overtime engineers were expected to be on duty without compensation, while those engineers who could claim overtime, were expected to cancel their plans (made after the Corporation had indicated it had no special plans) and to spend the night at work , being only paid overtime at a rate much less than their present grade. Moreover, engineers who had to be assigned work at distribution centres had to spend the night in a limited space, with no sanitation facilities.

When the OPM later changed its position (Circular 46/99) , and offered ‘an extra Lm 25 in addition to the normal remuneration’ the Union agreed with a draft Memo the Chairman was to send individually to the Corporation’s engineers’ , asking engineers to ‘volunteer to spend the night’ at the Corporation. This was on the 28th December 1999. From Prof Ghirlando’s recent letter to the Sunday Times, it appears that there were no volunteers; however it is unfair to put the blame on this on the Engineer’s Union, who had made all efforts to find an amicable solution, although it had long believed that there was no cause for concern, as subsequently resulted.

Yours truly

Ismail D’Amato President


Inċident fil-Marsa Power Station

November 23, 2009

L-Enemalta Professional Officers’ Union tixtieq tirringrazzja lill-impjegati ta’ l-enemalta, kemm professjonisti, kif wkoll managers u haddiema, li taw sehemom biex intefa in-nar li zviluppa wara spluzjoni ta’ circuit breaker gewwa switchgear room fil-Marsa Power station.

L-EPOU tkompli din l-istqarrija billi tfahhar l-intervent prompt ta’ l-impjegati ta’ l-enemalta li minnufih izolaw l-iswitchgear in kwistjoni u turi l-apprezzament taghha ghall-fatt li f’sitwazzjoni daqshekk delikata l-impjegati baqghu lucidi u inghaqdu fl-imkien biex f’hin relattivament qasir irnexxilhom jwaqqfu n-nar, jizolaw l-iswitchgear li qabad mill-elettriku, u jaghtu lura s-servizz lill-Malta kollha.


ARJA MNIGGZA F’DELIMARA, BOYCOTT LILL-IMPJEGATI LI JIDDAHLU KONTRA L-LIGI, U THEDDID WAQT AZZJONI INDUSTRIJALI

October 9, 2009

Il-membri  professjonisti  msehbin fl-EPOU iheggu lill-Korporazzjoni Enemalta, l-OHSA u l-MEPA jieħdu passi malajr kontra l-‘batching plant’ tal-konkos illegali, u l-hazna tal-muntanji tat-terrapien u trab li dejjem qed jikbru u li jinsabu ezatt magenb il-‘main gate’ tal-Power Station ta’ Delimara. Dan it-trab, mahzun minn kuntrattur lokali, qed jikkawza hafna inkonvenjent u  problemi respiratorji lil haddiema

Din kienet wahda mill-mozzjonijiet li approvaw il-membri tal-EPOU fil-Laqgha Generali Annwali li saret nhar it-Tlieta 6 t’ Ottubru 2009, fejn gie elett il-Kumitat Ezekutiv ghas-sena 2009/2010.

Il-Union ilha zmien titlob lill-Enemalta, bhala s-sid, u resqet rapporti formali bir-ritratti lill-OHSA u l-MEPA biex jitnaqqas dan l-inkonvenjent. L-unika twegiba waslet mill-OHSA li sostnew li ma tistax tintervjeni ghax fejn hemm it-trab mahzun mhux qed isir xoghol u it-terrapien li fadal hu  ta’ xoghol mill-passat. Madanakollu l-haddiema ta’ Delimara ta’ spiss jinnutaw trakkijiet u ‘ready mixes’ dehlin u hergin bil-materjal.

Policy importanti approvata issa ser tiddetermina kif il-union ser timxi fil-futur meta l-Korporazzjoni timpjega ufficcjali godda kontra l-Ftehim Kolletiv.  Il-mozzjoni giet approvata, wara li ikkundannat il-ksur persistenti tal-Ligi u l-Ftehim Kollettiv mill-Enemalta fejn jirrigwardjaw mili ta’ posts godda,. Il-mozzjoni tghid hekk;

Titlob lill-Kumitat il-ġdid biex mal-ewwel vakanza ta’ PE’s li tiġi ppublikata wara din il-LGA, kemm internament kif ukoll esternament, fejn il- management ma jirrispettax il-FK, tinforma lill- management li l-membri ta’ din il-union mhux ser jikkoperaw mal-persuna appuntata. Il-union tkompli b’din il-pozizzjoni ghal kull post fejn il-FK ma jiġix irrispettat.

Fir-rigward ta’ mili ta’ vakanzi, l-laqgha talbet li dawk kollha li jokkupaw skali ‘l fuq minn skala 9 ikollhom grad Universitarju u mhux kif qed isir bhalissa, li jinhargu vakanzi interni qabel ma l-management ifittex li jimpjega persuni fi gradi manigerjali ‘on secondement’ u u ma jintalbux pri-rekwiziti li juru bic-car li l-post vakanti hu mfassal ghal persuna partikolari.

Il-laqgha ukoll ikkundannat theddid li jsir minn wiehed mic-Chief Managers tal-Korporazzjoni kull meta l-Union tordna azzjoni industrijali. Dan minkejja li l-Union dejjem timxi mal-provvedimenti tal-Ligi u tal-Ftehim Kolettiv. Il-membri talbu lis-CEO jiehu passi biex ic-Chief Managers jirrispettaw il-Ligi u l-Ftehim Kolletiv.

Finalment, il-laqgha talbet ukoll li l-Korporazzjoni tapprezza u tifhem l-inkwiet u l-incertezza li ghaddejjin minnu l-haddiema fil-Generation u d-Divizjoni tal-Petroleum minhabba l-gheluq tal-power station tal-Marsa, kif ukoll dwar il-‘ commercialization’ rispettivament. Il-Korporazzjoni ghanda tkellem lil dawn l-ufficcjali u tassigurahom dwar il-futur u l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom.

 

POLLUTED AIR AT DELIMARA, OFFICERS EMPLYED ILLEGALY TO BE BOYCOTTED, AND THREATS DURING INDISTRIAL ACTION

The professionals, members of the EPOU urge Enemalta Corporation, the OHSA and MEPA to quickly take steps against the illegal concrete batching plant, and the every growing sand and dust mountain setup by a local contractor, found just outside the Power Station at Delimara. This dust is causing a lot of inconvenience and respiratory problems to the employees’.

This was just one of the motions approved by the EPOU members during the Annual General Meeting held on Tuesday 6th October 2009. The AGM also elected its Union officials .

The Union has long been requesting the Corporation, as its employer, and even submitted formal claims accompanied by photographs to the OHSA and MEPA last July, to have the inconvenience removed. The only reply was received from the OHSA who insisted that they could not intervene since in its view no work being carried out where the sand was being kept by the contractor, but also, since the OHSA opined that the dust originated from past works. In spite of this reply, Delimara workers frequently observe open trucks and ready mix trucks entering and leaving , loaded with material.

Another important policy approved will now determine how the Union will proceed when the Corporation employs new officials in breach of the Collective Agreement. The motion approved, condemned the Corporations persistent braches in the Law and the Collective agreement where this involves filling of vacant posts, and ‘As soon as the Corporation issues an internal or external  vacancy notice in breach of the Collective Agreement, the AGM requests the newly elected committee to inform the Management that it will not be cooperating with the appointed person and to make the public and thus potential applicants aware of this.’

Also with regards to filling of vacancies, Management was  requested to refrain from the present practice of appointing persons without a University degree in grades higher than scale 9.  Management was also asked not to employ managers ‘on secondment’ without first giving the Corporation’s officers the opportunity to fill the post, and that such vacancy notices should not be ‘tailor made’.

The AGM also condemned the threats made by one of the Corporation’s Senior Chiefs whenever the Union is constrained to call industrial action, even though these actions are in accordance with the Law and the Collective Agreement, and asked the CEO to take the necessary steps to have the Chief Managers respect the Law  and the Collective Agreement.

Finally  the Corporation was asked to appreciate and understand the uncertainty and worry being experienced by the officers in the Generation Section, and those at the Petroleum Division in view of the planned shutting down of the Marsa Power Station, and the commercialisation of the Petroleum Division. The Corporation was asked to approach these employees and set their minds at rest on their future and conditions of work.